Kważi 3,000 imlaqqmin biż-żewġ dożi … Aktar fejqan minn każi ġodda fl-aħħar sigħat

Sal-bieraħ b’kollox kien hemm 2,969 persuna li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa li tindika li s’issa ġew amministrati 25,822 doża tal-vaċċin.

Intant mit-3,431 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 136 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 149 persuna li rkupraw mill-virus.

In-numru tal-vittmi kaġun tal-Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 265 persuna wara li matul dawn l-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 85 sena miet fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittiv għall-virus. 

Share With: