Jinżamm arrestat mixli b’atti sesswali fuq tifel ta’ 10 snin

Asher Anwer tressaq il-Qorti aktar kmieni dalgħodu akkużat fuq allegat attività sesswali ma’ minuri.

L-allegat każ seħħ fis-sena 2020 u kompla sat-22 ta’ Jannar li għadda fir-residenza tal-Pakistani, fejn ikkommetta att ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens fuq tifel ta’ għaxar snin.

Quddiem il-Qorti prreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, l-akkużat li għandu 32 sena u jirrisjedi f’Raħal Ġdid wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Id-difiża talbet għamlet talba għall-bail, iżda l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Roxanne Tabone u  Paul Camilleri oġġezzjonat għal din it-talba minħabba li baqa’ x-xhieda tal-vittma.

L-Ispetturi żiedu jgħidu li l-imputat għandu l-visa skaduta għalhekk fis-sentenza finali se jitolbu għall-estradizzjoni tal-Pakistani.

Ir-raġel kien ġie arrestat wara investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji u dawk mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid.

Share With: