Jammetti li pprova jisraq minn karozzi f’Ħaż-Żabbar

Clayton Fava ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar tressaq fil-Qorti fejn ammetta li bejn l-24 u l-25 ta’ Jannar li għadda, ipprova jisraq minn tliet karozzi fl-istess lokalità fejn joqgħod. Huwa ammetta wkoll li għamel ħsara volontarja fuq żewġ karozzi oħra u li kien riċediv.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech semgħet kif l-imputat għandu problema serja ta’ droga u minħabba f’dan spiċċa biex wettaq dawn ir-reati. Id-Difiża talbet biex il-klijent tagħha jingħata sentenza fil-minimu u appellat biex huwa jingħata trattament biex ikun jista’ jegħleb il-vizzju tad-droga li għandu.

Il-Qorti qalet li se tkun qiegħda tagħti s-sentenza fit-8 ta’ Frar. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Clayton Camilleri. L-Avukat George Anton Buttigieg deher għal Fava.

Share With: