Isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Aktar, għall-ħabta tas-5:40 a.m, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza tagħha u dik medika fi Triq Tul il-Kosta, in- Naxxar direzzjoni lejn San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel Taljan ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qed isuq mutur Honda SH150AD u kellu ħabta ma’ van Toyota Hiace, misjuq minn raġel ta’ 51 sena, residenti San Pawl il-Baħar.

Is-sewwieq tal-mutur kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-isptar permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: