Is-Sindku Belti jaħfer lil min ħaraqlu l-karozza

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, ħafer lil dak li fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ Settembru li għadda ħaraqlu l-karozza.

B’rabta ma’ dan l-att li qed jiġi deskritt bħala wieħed vandalu, qed jiġi akkużat Brenley Pace ta’ 21 sena mill-Belt. Minbarra l-karozza ta’ Zammit, l-imputat qed jiġi mixli li ta n-nar żewġ vetturi oħra u li għamel ħsara fuq tliet muturi. 

Fix-xhieda tiegħu, is-Sindku tal-Belt iddeskriva t-trawma li għadda minnha meta nduna li kienu ħarqulu l-vettura, li kienet ipparkjata fil-parkeġġ magħruf bħala ‘Four Winds’. Huwa kompla jsipjgea li r-residenti Beltin eleġġewh biex iħares l-aqwa interessi tagħhom.

L-Avukat Matthew Xuereb, li deher għas-Sindku Belti, saħaq fil-Qorti li dan kien attakk kodard fuq bniedem li jokkupa kariga pubblika u li huwa maħbub mill-komunità Beltija. 

Share With: