Is-salvataġġ fiċ-Ċina mistenni jieħu mal-erba’ ġimgħat

Membri tas-salvataġġ fiċ-Ċina qed ibassru li jistgħu jgħaddu aktar minn ġimagħtejn qabel ma jkunu jistgħu jsalvaw grupp ta’ ħaddiema. Dawn il-ħaddiema nqabdu mijiet ta’ metri taħt l-art wara splużjoni f’minjiera tad-deheb.

Minn fost grupp ta’ 11-il ħaddiem li sar kuntatt magħhom mill-awtoritajiet fl-aħħar jiem, wieħed sfortunatament tilef ħajtu wara li spiċċa f’koma.

S’issa l-ħaddiema rnexxielhom biss iħaffru toqob żgħar li qed iservu biex l-awtoritajiet jgħaddu provvisti ta’ ikel u mediċina lill-irġiel.

11-il ħaddiem ieħor li x’aktarx jinsabu maqbudin aktar fil-fond għandhom ma ġewx interċettati u b’hekk mhux magħruf jekk dawn humiex se jirnexxielhom isalvaw.

Jekk is-salvataġġ ikompli kif pjanat, il-ħaddiema mistennija jibqgħu jgħixu f’dawn il-kundizzjonjiet għal madwar erba’ ġimgħat oħra. Dan minħabba d-drlikatezza tal-operazzjoni u minħabba li l-minjiera hija mdawra bl-ilma u mossa ħażina tista’ tara lill-ħaddiema jegħrqu fil-post li jinsabu maqbudin fih.

Share With: