Il-Prim Ministru Abela jisħaq li matul din l-aħħar kien onest bħall-Gvern li jmexxi

F’kumment fuq il-midja soċjali, fil-ġimgħa li se tkun qed timmarka sena ta’ ħidma tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta, il-Prim Ministru Robert Abela qal li huwa kien onest matul l-aħħar sena ta’ ħidma, valur li kien rifless fil-Gvern immexxi minnu.

Il-Prim Ministru Abela kien ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru fit-13 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet, wara li l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat kien irriżenja f’mument ikkaratterizzat minn kriżi politika fost allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li l-Gvern immexxi minnu kien qed jiffaċċja.

“Din il-ġimgħa se tkun qed timmarka sena meta ngħatajt il-privileġġ biex inservi bħala Prim ministru ta’ pajjiżna,” tenna Abela. Saħaq li din is-sena kienet waħda kkaratterizzata minn sfidi, madankollu huwa kien u se jibqa’ ottimist u pożittiv.

Tenna li tul din is-sena huwa u l-Gvern immexxi minnu kienu onesti, u emfasizza li dan huwa valur li se jibqa’ fid-deher.

Huwa għamel referenza għall-pandemija tal-Covid-19 fejn qal li wara xahrejn mindu nħatar Prim Ministru jellu jiffaċċja l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija. fejn kellu jieħu numru ta’ deċiżjonijiet kruċjali.

Temm jgħid li l-intenzjoni tiegħu huwa li jqatta’ din il-ġimgħa fil-komunitajiet viċin tan-nies.

Share With: