Il-POU temmen li ċertu kitbiet mill-membri tagħha fuq il-midja għandhom jiġu aċċettati

Filwaqt li police officers Union tifhem lill-Amministrazzjoni tal-Korp li qed tinforza id-dixxiplina kif diretta fil-kodiċi ta’ Etika, il-POU qiegħda ssostni li ma tistax taqbel mal-istess amministrazzjoni li qegħdin jinterpretaw b’mod abbużiv ċerti artikoli tal-istess kodiċi u jipproċedu kontra membri tagħha inġustament, speċjalment fejn jirrigwarda kummenti jew ‘posts’ fuq ‘medja’ soċjali. 

L-istqarrija tkompli li bħala POU qiegħda tappella lill-amministrazzjoni biex jkunu prattiċi minħabba li skontha f’ċertu każijiet l-amministrazzjoni qiegħda tkun wisq iebsa u l-istess dixxiplina qed tintuża b’mod abbużiv u oppressiv. 

Il-POU temmet tgħid li temmen li ċertu kummenti u posts jistgħu jiġu aċċettati u b’hekk il Police Officers Union bagħtet lill-istess amministrazzjoni għal laqgħa biex jiddjalogaw dwar dan il-kunċett u oħrajn.

Share With: