Il-PM Taljan Giuseppe Conte jkompli jissielet biex isalva lill-Gvern hekk kif jiffaċċja lis-Senat

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte lbieraħ irnexxielu jegħleb l-ostaklu tal-ewwel minn żewġ voti ta’ fiduċja fil-konfront tal-Gvern filwaqt li aktar tard illum se jkun qed ifittex li jikseb l-appoġġ tas-Senat. Dan hekk kif il-ħruġ tal-partit Italia Viva mill-koalizzjoni tal-Gvern ħalliet l-Italja tiffaċċja kriżi politika.

Ilbieraħ Conte rnexxielu jikseb appoġġ wara li kiseb 321 vot favur il-Gvern, sitta biss mir-rekwiżit minimu għal maġġoranza.

Waqt is-seduta parlamentari tal-bieraħ Conte ddefenda r-rekord tal-Gvern tiegħu tul il-pandemija u pprova jikkonvinċi lill-Oppożizzjoni biex jappoġġjaw il-koalizzjoni mmexxija minnu.

“Għinuna nerġgħu nfejqu l-ferita li din il-kriżi ħalliet fil-pajjiż, u nirrijaffermaw il-patt ta’ fiduċja maċ-ċittadini tagħna,” huwa qal f’diskors imqanqal fil-Parlament.

Share With: