Il-Kummissjoni Ewropea titlob spjegazzjoni plawżibbli minn AstraZeneca dwar il-provvista tal-vaċċin

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen illum qalet li Brussel trid spjegazzjoni plawżibbli minn AstraZeneca dwar aktarx dewmien biex din tipprovdi l-vaċċini tagħha.

Von der Leyen emfasizzat li l-kuntrat li l-blokk Ewropew għandu mal-ġgant farmaċewtiku għall-vaċċini tal-Covid-19 għandu ordnijiet li jorbtu liż-żewġ naħat.

Il-Kap tal-UE qalet li se tkun f’idejn il-kumpanija li tiddetermina kif se tkun qed tipprovdi l-vaċċin, li ġie żviluppat mill-Università ta’ Oxford.

Madankollu f’kummenti max-xandar Ġermaniż Deutschlandfunk hija qalet li trid trasparenza u rassigurazzjonijiet dwar meta l-vaċċini se jkunu qed jiġu provduti.

Intant illum l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mistennija li tħabbar id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-vaċċin ta’ Oxford-AstraZeneca.

Nhar l-Erbgħa li għadda l-Unjoni Ewropea wriet il-frustrazzjoni tagħha mal-kumpanija tal-farmaċewtika, u ssuġġerit li l-kumpanija qed tmur lura mill-ftehim milħuq.

Share With: