Ikkunsidrata għajnuna ta’ £500 għal kull min jirriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-Ingilterra

Kull min jirriżulta pożittiv jista’ jkun qiegħed jingħata pagament ta’ £500. Din il-miżura se tkun tagħmel parti mill-pjan biex il-gvern Ingliż jipperswadi aktar persuni biex jittestjaw għall-virus u jibqgħu f’iżolament jekk kemm-il darba jirriżultaw pożittivi.

Dan il-pjan qiegħed jiġi kkunsidrat minn numru ta’ Ministri wara li ġiet ippubblikata riċerka li turi li huma biss 17% ta’ dawk bis-sintomi tal-Covid-19 li qegħdin jagħmlu t-test minħabba biża’ li ma jkampawx finanzjarjament f’każ li jkollhom jieqfu mix-xogħol temporanjament.

Din il-proposta tista’ tkun qiegħda tiswa l-gvern mal-£453 miljun u qiegħda tiġi ppreżentata f’dokument ta’ 16-il paġna.

Skont l-aħħar studji jidher li l-kwarantina qiegħda toffri sfida lill-awtoritajiet fejn hemm persuna waħda biss minn kull erba’ persuni li qiegħda tosserva l-kwaranitina sħiħa u li 15 fil-mija qed jibqgħu jmorru għax-xogħol.

Skont l-iskema preżenti, huma biss ftit persuni li qed ikunu intitolati għal dan il-pagament. Dawn jinkludu lil dawk li għandhom dħul baxx ħafna u dawk li ma jistgħux jaħdmu mid-dar.

Share With: