Id-dħul waqt il-pandemija tal-ikbar għaxar biljunarji huwa biżżejjed biex jinxtara vaċċin lil kulħadd

Skont Oxfam id-dħul nett totali tal-iktar għaxar persuni sinjuri fid-dinja żdied b’$540bn matul il-pandemija tal-Covid-19. Dan l-ammont huwa biżżejjed biex jipprevjeni lil kulħadd fid-dinja milli jispiċċa fil-faqar kawża tal-virus kif ukoll biżżejjed biex iħallas għal vaċċin lid-dinja kollha. 

Ir-rapport ta’ Oxfam sab li l-ġid kollu tal-biljunarji tad-dinja huwa ekwivalenti għall-ammont li l-gvernijiet tal-G20 se jkunu qegħdin jonfqu biex jirkupraw mill-virus. Minħabba f’hekk, din l-għaqda karitattiv qiegħda tħeġġeġ lill-gvernijiet biex jintaxxaw lill-iktar persuni sinjuri. 

Ir-rapport bl-isem ta’ “Inequality Virus”, ġie ppubblikat hekk kif il-pajjiżi tad-dinja kollha ltaqgħu b’mod virtwali f’laqgħa tal-World Econom- ic Forum. 

L-appoġġ bla preċedent li l-gvernijiet taw lill-ekonomiji tal-pajjiżi tagħhom wassal biex is-suq tal-ishma jiżdied b’mod sostanzjali. Dan wassal biex il-biljunarji jkomplu jistagħnew filwaqt li l-bqija tal-ekonomija tiffaċċja riċessjoni. 

B’mod kollettiv bejn it-18 ta’ Marzu u l-31 ta’ Diċemb- ru tas-sena li għaddiet il-ġid tal-biljunarji kollha fid-dinja żdied bi $3.9 triljun biex b’hekk b’mod totali bħalissa qiegħed $11.5 triljun. 

L-iktar għaxar persuni sinjurili l-fortuna tagħhom żdiedet b’$540 biljun minn Marzu ’l hawn – jinkludu lill-fundatur ta’ Amazon Jeff Bezos, il-fundatur ta’ Tesla Elon Musk u l-fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg. 

Share With: