Ħamsa arrestati f’operazzjoni ta’ kontra t-terroriżmu fiż-Żurrieq u Ħal Safi b’rabta ma’ allegat sekwestru ta’ raġel

Wara ġranet ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu b’rabta ma’ informazzjoni ta’ allegat sekwestru, illum, il-pulizija wettqu operazzjoni f’Ħal Safi u fiż-Żurrieq u ġew arrestati ħames irġiel, erba’ Sirjani u Libjan. 

Mill-istħarriġ li sar jidher li l-kwistjoni bejn l-aggressuri u l-vittma, li huwa Sirjan ukoll, hija dwar is-Sirja u meta l-istess pajjiż kien maħkum mir-ribelli. Jidher ukoll li kien hemm ċirkostanzi li wasslu għal dan l-allegat sekwestru. 

L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada taħt arrest b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.

L-investigazzjonijet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Share With: