Ħames snin ħabs wara żewġ ‘hold-ups’ fuq nisa

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Ħal Tarxien kien ikkundannat ħames snin ħabs wara li ammetta li f’jum wieħed wettaq żewġ ‘hold-ups’ fuq żewġ nisa.

Keith Felice ammetta li fit-8 ta’ Awwissu f’Ħal Tarxien seraq €60 u pakkett sigaretti b’dannu għal Lindsay Magri u minn Wied il-Għajn seraq telefon ċellulari b’dannu għal Nicole Rose Caruana kif ukoll li żamm liż-żewġ nisa kontra l-volontà tagħhom.

Minbarra l-ħames snin ħabs, il-Maġistrat Astrid May Grima ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal perjodu ta’ ħames snin biex tipproteġi liż-żewġ nisa u wissietu li jekk b’xi mod idejjaqhom kien se jeħel multa ta’ €2,000.

Hija ordnat ukoll il-konfiska tal-‘stun gun’ użat minn Felice fiż-żewġ ‘hold-ups’ li ġew investigati mill-Ispetturi Mario Xiberras u Joanna Piscopo.

Share With: