FL-ARĠENTINA – Kurċifiss imdendel ma’ ġiżirana jsalva tifel ta’ disa’ snin milli jinqatel b’bulit f’sidru

Tifel ta’ disa’ snin kien salvat minn kurċifiss imwaħħal ma’ ġiżirina li kien libes madwar m’għonqu minn bulit li kienet destinata għal sidru.

Lill-midja internazzjonali, Tiziano, spjegalhom kif hu kien qiegħed quddiem id-dar tiegħu, jistenna lil oħtu u lil kuġintu meta f’daqqa ħass weġġa’ rqiqa f’sidru u bulit ħdejn saqajh.

L-inċident seħħ lejliet l-ewwel tas-sena, iżda kien irrapportat issa mill-midja Arġentinjana.

Share With: