Donald Trump formalment akkużat li instiga rvellijiet f’Capitol

Fl-aħħar sigħat, membri mill-Kamra tad-Deputati fl-Amerika ressqu d-dokumenti tal-impeachment kontra l-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump quddiem is-Senat.

L-impeachment kontra Trump tressaq dwar akkużi li hu kien instiga l-attakki fatali li saru fis-6 ta’ Jannar fil-Capitol Hill, fejn fost il-vittmi kien hemm ukoll uffiċjal tal-Pulizija.

Għalhekk, b’dan il-pass issa formalment jibda l-proċess tas-Senat kontra l-eks President, u li mistenni jibda x-xahar id-dieħel. Il-Kamra tad-Deputati tat it-tieni impeachment lil Donald Trump fit-13 ta’ Jannar,ftit ġranet qabel ma ċeda postu lill-President elett Joe Biden.

Trump huwa l-ewwel President fl-istorja tal-Istati Unti li ngħata żewġ impeachments waqt li kien qed iservi fl-ogħla kariga fil-Whitehouse.

Share With: