ATTENZJONI: Tikkonsmawx dan il-prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE)  Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa  Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida  tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li jinstab fl-istess prodott. 

F’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex  tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux  approvat. 

Prodott: Mix Semi Tostati Biologici (Taħlita ta’ żerriegħa bijoloġiċi, inkaljati) Ditta: Pensa Bio 

Piż: 250g 

Data tad-durabbilitá: 04-05-2021 

Lott: TMC 04/05/2021 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru  tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. 

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate  Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali  fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/HomePage.aspx għal informazzjoni simili.

Share With: