Arrestati żewġ membri tal-kleru b’rabta ma’ allegat abbuż fuq abbati

Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji ġabret biżżejjed provi sabiex tkun tista’ tipproċedi kriminalment fil-konfront ta’ żewġ qassisin u jkunu akkużati b’allegat stupru u korruzzjoni ta’ minorenni. L-allegati abbużi seħħew diversi snin ilu, meta l-allegat vittma kien abbati. 

Iż-żewġ persuni kienu arrestati lbieraħ u matul il-ġurnata tal-lum kienu interrogati fit-tul fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana. 

Il-każ beda jiġi investigat mill-Pulizija wara rapport li sar lis-Safeguarding Commission fi ħdan il-Kurja. 

Iż-żewġ membri tal-kleru se jkunu qegħdin jitressqu l-Qorti t’Għawdex għada fit-8:30 a.m, quddiem il-Maġistrat Dr Monica Vella. 

Share With: