Arrestat raġel b’rabta ma’ allegat attività sesswali ma’ minuri

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji u dawk mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid wasslu għal-arrest ta’ Raġel mill-Pakistan ta’ 32 sena b’rabta ma’ allegat attività sesswali ma’ minuri.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Share With: