ARA: Kummenti ta’ rabja minħabba skart goff quddiem il-Kappella ta’ Ħal Xluq fis-Siġġiewi

Ritratti: Roger Azzopardi

“Qabel jitwaħħlu Cameras tas-sigurtả mhux se jitgħallmu dawn in-nies” u “X’injoranza ta’ poplu, jarmu b’dan il-mod meta għandna servizz bla ħlas telefonata biss bogħod”. Dawn kienu tnejn minn diversi kummenti ta’ rabja għal xena li dehret aktar kmieni quddiem il-Kappella ta’ Ħal Xluq fis-Siġġiewi.

Skart goff ftit metri bogħod mill-Kappella li tagħmel parti mill-wirt kulturali Reliġjuż tal-pajjiż ħoloq rabja fost ir-residenti tal-lokal u oħrajn li jħobbu jgħaddu jimxu miż-żona.

Minkejja li uħud iċċajtaw, ħafna oħrajn irreaġixxew b’kummenti ta’ rabja

Din mhux l-ewwel darba li qegħdin niġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku minħabba tali irresponsabbilitajiet u għalhekk mill-ġdid nappellaw lil kulħadd biex ikun aktar responsabbli. Persuna tista’ faċilment tibbukkja appuntament mal-Kunsill Lokali rispettiv biex ikun jista’ jinġabar skart goff minn wara biebu stess permezz ta’ servizz offrut mingħajr ħlas.

Share With: