ARA: Il-Prof. Charmaine Gauci titlaqqam kontra l-Covid-19

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci aktar kmieni llum irċeviet il-vaċċin kontra l-Covid-19. Il-proċedura xxandret b’mod dirett fuq il-paġna tal-midja soċjali tal-Ministeru għas-Saħħa.

It-tilqim attwalment qed jiġi amministrat lil anzjani residenti fi djar ta’ kura, u dawk li għandhom ’il fuq minn 85 sena li għadhom jgħixu fil-komunità.

L-awtoritajiet issa qed ilaqqmu lil dawk it-tobba li ma jiġux f’kuntatt ma’ pazjenti pożittivi għall-Covid-19, b’Gauci taqa’ f’din il-kategorija.

Share With: