3,456 jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19

Sal-bieraħ b’kollox kien hemm 3,456 persuna li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa li tindika li s’issa ġew amministrati 26,847 doża tal-vaċċin.

Intant mit-2,843 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 182 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 185 persuna li rkupraw mill-virus.

In-numru tal-vittmi kaġun tal-Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 267 persuna wara li matul dawn l-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 78 sena u anzjana ta’ 63 sena mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittiv għall-virus. 

Share With: