Żagħżugħ se jitressaq il-qorti b’rabta ma’ reati li seħħew bejn Lulju u Settembru

Żagħżugħ ta’ 21 sena ġie arrestat b’rabta ma’ każijiet li seħħew bejn Lulju u Settembru li għaddew fil-Belt Valletta.

Fl-ewwel każ ingħataw in-nar tliet vetturi, bil-konsegwenza li erba’ vetturi oħra li kienu pparkkjati ħdejhom ġarrbu ħsarat. L- investigazzjonijiet wasslu wkoll biex l-istess żagħżugħ ġie identifikat li f’April illi għadda, allegatament ħaraq bieb ta’ residenza privata, fil-Belt ukoll.

Huwa se jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia u jkun akkużat mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna, Saviour Baldacchino u Priscilla Caruana Lee, bir-reati msemmija.

Share With: