Tliet anzjani oħra jmutu waqt li kienu infettati bil-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, miet ilbierah fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 90 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, miet aktar kmieni lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-23 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn, l-ilbies tal-maskra u d-distanza fiżika.

Share With: