Tingħalaq sezzjoni mill-iskola ta’ St Albert minħabba każi ta’ Covid-19

Sors qrib tal-inewsmalta infumana li parti mill-Kulleġġ ta’ St Albert tal-Belt ingħalqet bħala prekawzjoni wara li rriżultaw każijiet pożittivi tal-Covid-19 fost għalliema u studenti. L-istudenti tal-Kinder huma l-uniċi li qegħdin jattendu din l-iskola, mentri l-bqija tal-istudenti qegħdin jitgħallmu online. 

L-iskola għalqet din is-sezzjoni jumejn biss qabel il-waqfa tal-Milied u dan bil-għan li tkun imħarsa saħħet l-istudenti, l-għalliema u ħaddiema tal-iskola kif ukoll il-familji kollha involuti.

Share With: