Raġel jaqa’ minn fuq is-sellum u jweġġa’ gravi

Raġel ta’ 41 sena li jgħix il-Gudja, għal xi s-7:15 a.m, kellu jittieħed  l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ fi Triq il-Palazz l-Aħmar, Santa Venera.  

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fl-imsemmija triq.  

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.  

Share With: