“M’hemmx kliem biex tiddeskrivi l-qalb kbira tal-Maltin” … aktar minn €6.5 Miljun miġbura!

00.30: F’madwar 11-il siegħa, minkejja l-pandemija li setgħet ħalliet lil bosta maħsudin kif se jqassmu l-finanzi tagħhom, minkejja problemi oħrajn, il-poplu Malti u Għawdxi rnexxielu jiġbor is-somma sabiħa ta’ €6,573,105.

Fl-ewwel kummenti tiegħu l-President ta’ Malta George Vella qal li m’hemmx kliem biex tiddeskrivi l-qalb kbira tal-Maltin. Żied jgħid li hija xi ħaġa li għandna biex niftaħru biha li meta l-Maltin meta jaqblu fuq kawża ġusta bħalma hija l-ġenerożità, il-Maltin ma jżommhom ħadd. 

18.05: Wara sitt sigħat ta’ ġbir ta’ fondi, inġabru €2.5 miljun f’fondi għall-Malta Community Chest Fund. Inħeġġukom biex tibqgħu tagħtu d-donazzjonijiet tagħkom biex jinġabru aktar fondi għal din il-kawża ġusta.

14.30: Il-General Workers’ Union ippreżentat donazzjoni lil L-Istrina ta’ din is-sena lill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta u lis-Sinjura Miriam Vella.

Wara ftit aktar minn sagħtejn u nofs mindu bdiet l-attività ta’ ġbir ta’ fondi, diġà nqabżet is-somma sabiħa ta’ €1 miljun.

AKTAR QABEL: Illum irritornat L-Istrina bil-għan li fuq medda ta’ 12-il siegħa jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Found Foundation. Bl-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tiżvolġi taħt l-effetti tal-pandemija, l-organizzaturi qed jittamaw li dan ma jaffettwax l-għan aħħari li jinġabru flus biex tingħata għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet inġabret is-somma ta’ €6.2 miljun, wara li fis-sena preċedenti nġabret dik rekord ta’ aktar minn €7 miljun.

Share With: