Luana Borg irrapurtata nieqsa mill-ġdid

Luana Borg, tfajla ta’ 15-il sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

L-aħħar li dehret, hi kienet liebsa hoodie roża u ġakketta sewda u kienet qed iġġorr backpack iswed. Hija tilbes burka biex ma tintgħarafx.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Share With: