Lejl ta’ taħdidiet bejn il-mexxejja Ewropej iwassal għal qbil storiku dwar il-miri ambjentali

Illum huwa t-tieni jum tas-summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell. Fl-aħħar sigħat il-mexxejja Ewropej qablu fuq ftehim li sal-2030 l-emissjonijiet marbuta mat-tisħin globali se jkomplu jonqsu b’aktar minn 50 fil-mija.

Dan bħala parti mill-pjan tal-Kummissjoni Ewropea, dak tal-Green Deal, li se jwassal sabiex fl-2050, il-kontinent Ewropew għandu mira li jkun ħieles mill-karbonju. Ħabbar dan il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel fuq Twitter.

Il-Prim Ministru Malti Robert Abela qal li dan il-pjan jorbot perfettament mal-istrateġija tal-Gvern Malti għat-tletin sena li mistennija jaraw pajjiż aktar ħadrani u nadif.

Intant, fi żvilupp ieħor, hu mifhum li l-mexxejja Ewropej qablu fuq aktar sanzjonijiet fil-konfront tat-Turkija fid-dawl ta’ operazzjonijiet għall-estrazzjonijiet taż-żejt irregolari f’ibħra kontestati mill-Greċja u t-Turkija.

Share With: