L-iskola Primarja Ta’ Sannat f’Għawdex fost dawk li tipprattika u eżempju tal-inklużjoni fl edukazzjoni

“It-tfal kollha għandhom id-dritt għal edukazzjoni inklussiva. Għalkemm għad baqa’ xi jsir biex  nilħqu dan il-għan, nieħu gost nara skejjel bħal dik Ta’ Sannat f’Għawdex, li hija fost dawk li  tipprattika u hija wkoll eżempju ta’ xi tfisser il-vera inklużjoni fl-edukazzjoni”. 

Hekk stqarret il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana meta dalgħodu kompliet biż-żjarat uffiċjali fl-istituzzjonijiet u skejjel kollha, bi żjarat fl-iskola Primarja Ta’ Sannat, l-Ispecial Unit f’din  l-iskola li tieħu ħsieb studenti b’diffikultajiet ta’ tagħlim, l-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem u wkoll  l-Iskola Primarja u dik Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof, kollha f’Għawdex. 

Kull żjara kienet waħda sinifikattiva. Fl-iskola ta’ Sannat il-Ministru Caruana intlaqgħet mill-Kap  tal-Iskola Pauline Grech li dawwritha mal-iskola u wkoll spjegatilha ix-xogħol li għaddej bħalissa,  apparti t-tagħlim tal-kurrikulu. Il-Ministru għall-Edukazzjoni ħadet l-okkażjoni mhux biss biex tara  l-istudenti għaddejjin bit-tagħlim tagħhom, imma wkoll li titkellem mal-edukaturi u LSEs dwar  xogħolhom u wkoll il-ħtiġijiet tagħhom. F’din l-iskol l-Ministru Caruana rat mill-qrib id-dedikazzjoni  li tintwera ma’ studenti li għandhom diffikultajiet ta’ tagħlim, biex dawn iħossuhom fuq l-istess livell  ta’ studenti oħra. 

“Dan huwa eżempju ta’ dak li rridu nilħqu”, qalet il-Ministru Caruana, “biex verament l-edukazzjoni  inklussiva u l-ekwità jkunu hemm fil-prattika għaliex nemmen bis-sħiħ u se naħdem qatiegħ għal dan  id-dritt fundamentali ta’ kull tifel u tifla”. 

Fl-iskola Primarja ta’ Għajnsielem, il-Ministru Caruana ngħatat merħba mill-Kap tal-Iskola Marianne  Zammit. Kif għamlet fl-iskola Ta’ Sannat, il-Ministru għall-Edukazzjoni daret l-iskola u wkoll  tkellmet mal-edukaturi u LSEs preżenti.  

F’din l-iskola seta’ jiġi nnutat kif l-istudenti jingħataw tagħlim sħiħ anké bil-parteċipazzjoni tagħhom  f’prattika tal-arti. Filfatt din l-iskola b’koperazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-lokalità żejjnet id-dħul tal iskola b’tiżjin tal-Milied – xogħol li sar mill-edukatur George James Cutajar Zahra, mill-ħaddiem  Josef Camilleri. Eżempju ċar ta’ kollaborazzjoni bejn l-Iskola u l-Kunsill li jkompli jsaħħaħ il komunità ta’ Sannat. 

Il-Kap tal-Iskola Elton Vella laqa’ lill-Ministru Justyne Caruana fil-Konservatorju tal-Arċisqof tal Primarja fir-Rabat, Għawdex. Din l-iskola għandna erba’ klassijiet tal-kindergarten u sitt klassijiet  primarji. L-għan tal-iskola huwa li jgħinu lil kull tifel u tifla jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom f’atmosfera b’saħħitha. L-istudenti maskili jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fis-Seminarju  Minuri u l-istudenti femminili jkunu jistgħu jkomplu l-istudji fis-Sekondarja tal-Konservatorju tal Isqof. F’din l-iskola l-Ministru Justyne Caruana kienet preżentata b’fuljett magħmul mill-istudenti  stess, li fih hemm promozzjoni għall-protokolli tas-saħħa – inizjattiva li kienet milqugħa ferm. 

Iż-żjara kompliet fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof, ukoll fir-Rabat. Il-Kap tal-Iskola  Christine Scerri laqgħet lill-Ministru Caruana f’jum imsejjaħ “Cosy Day”, li matulu l-istudenti ma  jilbsux l-uniformi tal-iskola. B’ħidma ta’ kollaborazzjoni l-iskola tara li tgħin lill-istudenti mhux biss  fl-istudji akkademiċi tagħhom imma wkoll tgħinhom fil-formazzjoni personali tagħhom ukoll. 

F’dawn iż-żewġ skejjel il-Ministru Caruana wkoll rat mill-qrib ix-xogħol tal-istudenti u wkoll il ħidma tal-edukaturi u LSEs. 

“Nirringrazzja lil dawk kollha, amministrazzjoni, edukaturi, LSEs li qed jagħmlu tant ġid fl-iskejjel  kollha tal-pajjiż. Huwa f’dan is-sens ta’ ħdima u kollaborazzjoni flimkien li nkunu nistgħu nersqu  għall-għan aħħari tagħna, li naraw li nagħtu lill-istudenti kollha l-opportunitajiet, it-tagħlim, l edukazzjoni li twassalhom biex jieħdu posthom fis-soċjetà, imma wkoll li twasslhom biex ikunu  persuni aħjar fil-komunitajiet rispettivi tagħhom”, qalet fi tmiem iż-żjarat tagħha l-Ministru għall Edukazzjoni Justyne Caruana.

Share With: