Karozza tispiċċa fuq il-ġenb f’San Ġiljan

Inewsmalta tinsab infurmata li ftit tal-minuti ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Andrija San Ġiljan.

Fil-post issejħet ambulanza wara li għal xi raġuni sewwieq tilef il-kontroll u spiċċa bil-karozza fuq ġenb.

S’issa mhux mifhum jekk kienx hemm persuni li ndarbu f’dan l-inċident.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Share With: