Jitilgħu għal 182 il-vittmi tal-COVID-19 f’pajjiżna

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 93 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar St Thomas.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 83 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Facility.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex anke f’dawn il-festi kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.

Share With: