Jirkupraw aktar mid-doppju tal-każi ġodda

Mill-2,497 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 50 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 124 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa niżel għal 1,362.

Intant mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 25 każ ta’ persuni li rriżultawa pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom diġà pożittivi għall-Covid-19, disa’ każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, 14-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi, u ħames każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Share With: