Jindarab gravi wara inċident bejn żewġ vetturi fil-Gżira

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli l-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ min-Nepal ta’ 22 sena kien indarab wara li kien involut f’ħabta bejn karozza Renault Captur misjuqa minn żagħżugħa ta’ 24 sena, residenti l-Kalkara u mutur Kymco Agility misjuq miż-żagħżugħ ta’ 22 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Share With: