Jikkopera mal-pulizija u jgħidilhom min tah id-dokumenti foloz

Il-Qorti tal-Maġistrati semgħet kif raġel mill-Mali kien għadda informazzjoni importanti ħafna lill-Pulizija dwar min kien għaddielu d-dokumenti foloz u ddikjara magħhom li saħansitra lest li jixhed kontrih.  

Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ammetta quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li għamel użu minn dokumenti foloz u kien ikkundannat tliet xhur ħabs.

Qabel tatu s-sentenza, il-Maġistrat Demicoli qieset fost oħrajn li huwa kien ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija fejn kien tahom anke informazzjoni siewja. 

Dan il-ġurnal jinsab infurmat li l-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha fuq il-persuna l-oħra li kienet provdietlu dawn id-dokumenti foloz.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frankie Sammut waqt li għar-raġel mill-Mali dehret l-Avukat Martha Mifsud.

Share With: