Isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ għoli ta’ sular waqt li kien qed jaħdem fuq dgħajsa

Raġel ta’ 44 sena residenti Marsaxlokk sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli minn fuq dgħajsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 p.m. f’Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk.

Mill-ewwel invstigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem fuq barra ta’ dgħajsa.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: