Imut l-ewwel mexxej ta’ pajjiż kawża tal-Covid-19

Il-Prim Ministru ta’ Eswatini, Ambrose Dlamini sar l-ewwel mexxej ta’ pajjiż li sfortunatament miet kawża tal-virus tal-COVID-19. Huwa miet erba’ ġimgħat wara li rriżulta pożittiv. Eswatini huwa pajjiż żgħir fl-Afrika t’Isfel.

Dlamini, li kellu 52 sena, kien ilu mill-1 ta’ Diċembru jingħata l-kura fi sptar fl-Afrika t’Isfel, iżda sfortunatament huwa tilef ħajtu nhar il-Ħadd li għadda. Minkejja li l-istqarrija uffiċjali ma semmietx il-kawża eżatta li wasslet għall-mewt tiegħu, Dlamini kien irriżulta pożittiv fis-16 ta’ Novembru u dakinhar huwa ma kien qiegħed juri l-ebda sintomi. Wara ftit jiem imbagħad kien tħabbar li ttieħed fl-Afrika t’Isfel biex jingħata l-kura u f’dak il-perjodu kien inqtal li qiegħed jirrispondi tajjeb. 

Matul din il-pandemija, kien hemm numru ta’ mexxejja ta’ pajjiżi li laqqtu dan il-virus fosthom il-President Amerikan Donald Trump, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u anke l-President Brażiljan Jair Bolsonaro, iżda Dlamini s’issa huwa l-uniku wieħed li miet kawża tal- virus. 

Share With: