Il-Pulizija tinvestiga dwar serqa mill-Mosta

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta.

Minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel armat b’arma tan-nar, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier; Indjan ta’ 36 sena residenti Bormla, filwaqt li raġel ieħor qagħad fil-bieb tal-ħanut.

l-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti u top-up cards.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin.

Share With: