Il-Partit Laburista jsellem lil Malta Repubblika

Fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13, il-Partit Laburista fakkar is-46 sena mir-Repubblika. 

L-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista fakkret is-sinifikat ta’ din il-ġrajja storika, primarjament l-għaqda. 

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Daniel Micallef semma kif din il-ġrajja fiha sinifikat importanti mhux biss bħala Partit iżda bħala pajjiż li flimkien ma’ kisbiet oħra, għenu biex dan il-poplu sar poplu wieħed.

Share With: