“Estendejna t-tiżjin f’toroq u żoni oħra”… Is-Sindku tal-Mellieħa jħeġġeġ lir-residenti jżejnu huma wkoll

Il-lokalità tal-Mellieħa kompliet ma’ lokalitajiet oħra biex filwaqt li ttaffi ftit il-limitazzjoni tal-problemi li ġabet magħha din il-pandemija u r-restrizzjonijiet li ġabet magħha f’dawn il-jiem ta’ festi li normalment ħafna jqisu bħala l-isbaħ ġranet tas-sena.

Din is-sena se jkun Milied ristrett, iżda minkejja dan diversi lokalitajiet komplew iżidu fit-tiżjin bil-ħsieb li l-atmosfera tal-Milied tibqa’ fost ir-residenti u dawk li jżuru l-post. Is-Sindku Mellieħi Dario Vella dalgħodu ħabbar li din is-sena t-tiżjin ġie estiż f’toroq u żoni oħra li ssoltu ma jiġux imżejna.

Vella rringrazzja lill-Kunsilliera kollha kif ukoll lil Awtorità Maltija għat-Turiżmu u lill-Ministru Clayton Bartolo li taw l-għajnuna tagħhom. Ma’ dawn żied jirringrazzja lir-Reġjun Tramuntana u lill-kuntratturi tal-ħidma u l-paċenzja tagħhom.

Huwa temm jappella lir-residenti biex iżejnu r-residenzi tagħhom biex minkejja r-restrizzjonijiet li ġabet il-pandemija, fil-lokalità tinħoloq atmosfera sabiħa għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Share With: