ARA: “Ejjew nieħdu ħsieb lill-anzjani tagħna u nkellmuhom b’mod regolari”

Is-Sindku tal-Mellieħa b’messaġġ ta’ kuraġġ u tama f’Jum il-Milied

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella ma naqasx milli jsellem is-sena li waslet fl-aħħar jiem tagħha. Huwa semma wħud mill-isfidi li ġabu magħhom l-aħħar xhur b’mod speċjali l-pandemija tal-COVID-19.

F’messaġġ ta’ kuraġġ, Vella tkellem dwar l-importanza li nimxu mar-restrizzjonijiet tas-saħħa u li nieħdu ħsieb lill-anzjani tagħna.

Vella qal li t-tama ta’ lura għan-normalità qiegħda tkompli toqrob u għalhekk tajjeb li għalissa mqar b’telefonata nieħdu ħsieb lill-għeżież tagħna.

Share With: