ARA: Attività onlajn bejn studenti fil-Primarja tal-Imġarr u residenti ta’ Villa Messina
It-tfal tal-klassi 4.3 fl-iskola Primarja tal-Imġarr fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola ltaqgħu virtwalment ma’ residenti ġewwa Villa Messina.
Huma kellhom konversazzjoni ħelwa mal-anzjani li wieġbu l-mistoqsijiet tat-tfal.
It-tfal kantaw kanzunetta wkoll lill-anzjani biex iferrħuhom f’dan iż-żmien diffiċli.