Aktar każi ta’ fejqan milli każi ġodda ta’ COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna, instabu 121 każi ġodda ta’ COVID-19 wara li saru 3,033 swab tests. Kienu ċċertifikati wkoll 144 persuni mfejqa mill-imxija tal-coronavirus.

Mill-każi li kellna lbieraħ, 19-il każ kienu qraba li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn li diġà kienu ċċertifikati li kellhom il-COVID-19, 14 oħra ġew f’kuntatt ma’ kollegi fuq ix-xogħol u li kellhom il-virus, 8 oħra kienu individwu li ġew f’kuntattma’ persuna jew persuni pożittivi għall-virus u żewġ każi oħrajn kienu ta’ nies li attendew attività soċjali.

Share With: