AĠĠORNATA: L-Awtorità tad-Djar toffri akkomodazzjoni temporanja lill-familji milqutin min-nirien fil-Ħamrun

3:45 p.m: B’referenza għall-inċident li seħħ dalgħodu fi Triq Melintone Scerri fil-Ħamrun, li fih appartament fi blokka ta’ housing soċjali nħakem min-nirien, uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar marru immedjatament fuq il-post u ħadmu flimkien mal-awtoritajiet konċernati biex jassiguraw li tingħata l-assistenza neċessarja lil kull familja milquta.

L-Awtorità tad-Djar offriet akkomodazzjoni temporanja lill-familji, li skont il-pariri tal-esperti ma jistgħux jgħixu fl-appartament tagħhom sakemm isiru x-xogħlijiet neċessarji li se jkunu qed isiru mill-Awtorità hekk kif il-blokka konċernata hija proprjetà tal-gvern mikrija lil dawn il-familji.

L-Awtorità se tibqa’ f’kuntatt ma’ kull familja u se tkompli ssegwi l-każ sabiex tassigura li toffrilhom kull assistenza li jkunu jeħtieġu.

L-Awtorità kienet ukoll f’kuntatt kontinwu mal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes li qed isegwi l-aħħar żviluppi dwar il-każ.

1:15 p.m: Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident u li grazzi għal ħidma immedjata, in-nirien ġew kontrollati f’ħin qasir.

12:30 p.m: Inewsmalta tinsab infurmata li aktar kminei għall-ħabta tal-12:15 p.m kien hemm bżonn assistenza fi Triq Melintone Scerri fil-Ħamrun.

Fil-post issejħu minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew ħidma biex jikkontrollaw nirien li ħakmu waħda mir-residenzi fiż-żona. Magħhom nagħqdu wkoll uffiċjali mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit li kkontrollaw il-folla li nġabret.

Share With: