32 miljun se jispiċċaw f’faqar estrem minħabba l-Covid19

Rapport tan-Nazzjonijiet Uniti li għadu kif ġie pubblikat wera li xejn inqas minn 32 miljun se jispiċċaw f’faqar estrem minħabba l-pandemija tal-Covid19. Dawn il-persuni jgħixu f’47 pajjiż, ħafna minnhom Afrikani.  Ir-rapport qed jgħid b’mod ċar li mingħajr azzjoni internazzjonali il-miri tal-iżvilupp globali ta’ dawn il-pajjiżi mhux se jintlaħqu. 

Ir-rapport qal li l-pajjiżi l-inqas żviluppati huma dawk li l-aktar li se jintlaqtu ħażin mll-pandemija.  Ir-rapport inħareġ mill-Konferenza għan-Negozju u Żvilupp tan-Nazzjonijiet UNiti (UNCTAD).

Share With: