€13-il miljun oħra fil-bwiet tal-familji… Jidħlu fis-seħħ qabel iż-żmien tliet miżuri li tħabbru fil-Baġit

Bdew jingħataw qabel iż-żmien tliet miżuri soċjali li tħabbru fil-Baġit għas-sena 2021, li permezz  tagħhom il-familji bdew jirċievu s-suppliment il-ġdid għat-tfal mal-pagament taċ-Children’s Allowance, bdiet titħallas iż-żieda fl-Għajnuna Supplimentari, kif ukoll iż-żieda li ngħatat fil-Foster Care Allowance. 

Dawn id-dettalji ħabbarhom il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet  tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet. 

Il-Ministru Michael Falzon qal li lura f’Settembru tas-sena 2013, dan il-gvern beda jantiċipa l pagamenti bi tliet ġimgħat – dan sabiex il-familji ikollhom il-flus fil-but fiż-żmien li normalment  jiżdiedu l-ispejjeż. Dwar is-suppliment il-ġdid taċ-Children’s Allowance, il-ministru qal li se  jibbenefikaw minnu mas-60,000 tifel u tifla, u 40,000 familja. 

Il-Ministru Falzon qal li dan il-gvern mhux biss iwettaq l-obbligi u d-dmirijiet tiegħu, iżda jmur lil  hinn minn hekk. Hawnhekk tkellem dwar id-differenza ċara bejn dan il-gvern u amminsitrazzjonijiet  Nazzjonalisti, li fost l-oħrajn naqqsu milli jwettqu l-wegħda tat-tnaqqis tal-Income Tax, u kellu jkun  Gvern Laburista li jwettaqha. 

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù daħal f’iktar dettall tal miżuri, u dwar iċ-Children’ Allowance qal li beda jingħata suppliment ta’ €70 kull wild fis-sena lill familji bi dħul ta’ anqas minn €25,318, filwaqt li s-suppliment ta’ €50 beda jingħata lill-familji li  għandom dħul ta’ aktar minn €25,318 għal kull wild fis-sena.  

Peress li matul is-sena jsiru erba’ pagamenti taċ-Children’s Allowance, fil-pagament li qed isir illum  tħallas l-ewwel kwart tas-suppliment li jkopri l-perjodu Jannar-Marzu 2021.

Benefiċċju Familji Nru. ta’ tfal Spiża
CA < €25,318 14,136 20,994 €4,269,318.69
CAFR >  €25,31826,187 39,260 €4,386,116.47
Child  Supplement40,483 60,254 €843,974.20
DCA (Disabled) 1,585 2,637 €537,357.82
TOTAL 40,483 60,254 €10,036,767.18

Is-Segretarju Permanenti Mark Musù, spjega li dawk li jikkwalifikaw għall-Għajnuna Supplimentari bbenefikaw minn żieda fir-rata tagħhom li tvarja bejn €70 u €108 fis-sena. Dawn huma persuni li d dħul tagħhom, ma jaqbiżx l-€14,058 jekk miżżewġin, jew ma jaqbiżx id-€9,961 jekk single.  

Barra minn hekk, dawk li għandhom aktar minn 65 sena se jkunu qed jibbenefikaw minn €150  addizzjonali fis-sena. 

Ovvjament dak dovut ukoll jinqasam fuq erba’ pagamenti matul is-sena. Bil-pagament li sar illum,  21,227 benefiċċjarju (fosthom 7,197 koppji) bdew jirċievu dawn iż-żidiet ghal spiża totali ta’  €2,758,580.43 li jkopru l-perjodu Jannar-Marzu 2021. 

B’kollox allura qed jibbenefikaw 28,424 persuna. Oħrajn jistgħu jibbenefikaw matul is-sena. 

14,811 mill-benefiċjarji msemmija għandhom ‘il fuq minn 65 sena, u għalhekk kwalifikaw ukoll  għas-suppliment ta’ €150 fis-sena. L-ispiża hija inkluża fl-ammont imsemmi qabel.  

Intant, foster carers li jitħallsu benefiċċju (Foster Care Allowance) se jaraw żieda ta’ €10 fil-ġimgħa  biex it-total jitla’ għal €110 fil-ġimgħa – b’hekk dan il-benfiċċju żdied b’kollox għal-total ta’ €40 taħt  dan il-gvern. 

Fil-pagament tal-lum dawn il-familji bdew jirċievu ż-żieda wkoll maqsuma fuq erba’ pagamenti 

Benefiċċju Familji Nru. ta’ tfal Spiża
FCA 168 226 €321,341.00

Il-Ministru Michael Falzon ikkonkluda billi qal li l-eżistenza tal-gvern, saħansitra t-twelid tiegħu,  huma msejsa fuq il-ġustizzja u s-solidarjetà soċjali, u dan nagħmluh mhux biss fil-priedki iżda bi  twettiq tanġibbli u reali.

Share With: