‘Trab fin’ joħloq inkonvenjenzi kbar fis-Siġġiewi; Persuni jispiċċaw b’allerġiji

Minn Victor Vella

“Spiċċajna b’allerġija papali. It-toroq u quddiem id-dar u anke ġewwa mimlijin trab fin. Hemm attività għaddejja u qed toħloq dan l-inkonvenjent. Xbajna nirrappurtaw”.  ‘Spiċċajt bl-inhaler. Min hu responsabbli għal dan it-trab?”.  Dawn huma ilmenti li wasslulna minn residenti fis-Siġġiewi. L-ilmenti huma dwar allegata attività li għaddejja f’żona partikolari u li qed toħloq trab fin ħafna b’inkonvenjenzi kbar.

Ritratti li bdew ixandru ir-residenti juru bankini, toroq u proprjetajiet litteralment miksijin b’dan it-trab fin, li ovvjament hu ta’ dannu għas-saħħa.

Tkellimna mas-Sindku, Dominic Grech, li infurmana li l-awtoritajiet tal-ambjent ġew infurmati u qed jinvestigaw. 

Enfasizza li “aħna bħala Kunsill Lokali tas-Siġġiewi tlabna lid-Dipartiment tal-Infurzar tal-ERA biex jinvestigaw dawn ix-xogħlijiet. Qegħdin nistennew l-eżitu ta’ din l investigazzjoni biex nagħmlu l-pass li jmiss”.

Share With: