Raġel kompliċi fil-ħruq tal-karozza ta’ sieħeb il-maħbuba

Kuntrattur minn Għawdex ammetta li qabbad raġel biex jagħti n-nar lis-sieħeb tal-maħbuba tiegħu.

Joseph Portelli, li għandu 51 sena u joqgħod l-Għasri, ammetta li fil-5 ta’ Settembru li għadda, f’xi ħin bejn is-2.30 a.m. u t-3.30 a.m. f’Ħal Qormi, irrenda ruħu kompliċi fil-ħruq ta’ Mazda b’dannu għal George Azzopardi.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ikkundannatu sentejn ħabs li jidħlu fis-seħħ jekk jikkommetti reat ieħor fi żmien erba’ snin.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Jeffrey Scicluna.

Min-naħa tiegħu Portelli kellu jiddefendih lill-Avukati Mario Mifsud u Joe Brincat.

Share With: