Raġel arrestat b’rabta ma’ ħruq ta’ vann f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 62 sena minn Birkirkara ġie arrestat b’rabta ma’ ħruq ta’ vann. L-inċident kien seħħ fl-1 ta’ Novembru għall-ħabta tas-2.30 a.m. fi Triq it-Troll, f’Ħaż-Żebbuġ.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien u l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea kienet ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija baqgħu għaddejjin u dan wassal biex tiġi identifikata persuna li aktar tard ġiet arrestata.

Huwa mistenni li jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-10.00 a.m.

Share With: