L-Ispeaker jirċievi żjara ta’ kortesija mill-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ kortesija mill-Membru Parlamentari Malti Cyrus Engerer.

L-Ispeaker feraħ lis-Sur Engerer li ser ikun qed iservi fil-Parlament Ewropew wara li ġie elett minflok Miram Dalli, wara li rriżenjat minn Membru Parlamentari Ewropew u ġiet eletta bħala membru tal-Parlament Malti.

Share With: